Trump iħassar laqgħa wara li t-Talibani ammettew li qatlu suldat Amerikan

U.S. President Donald Trump deplanes with first lady Melania Trump arriving aboard Air Force One at El Paso International Airport for a visit with victims and first responders in the wake of last weekend's mass shootings in El Paso, Texas, U.S., August 7, 2019. REUTERS/Leah Millis

Read in English.

Il-President Amerikan Donald Trump ħassar laqgħa li fiha kien mistenni jintlaħaq ftehim ta’ paċi mat-Talibani.

Trump ħabbar fuq Twitter li kellu jiltaqa’ mal-President Afgan Ashraf Ghani u mexxejja għolja tat-Taliban. Minkejja dan l-laqgħa tħassret wara li t-Talibani ammettew li wettqu attakk vjolenti f’Kabul u qatlu suldat Amerikan fost persuna oħra.

Skont il-ftehim milħuq li kellu jseħħ, 5,400 suldat Amerikan kienu se joħorġu mill-Afganistan fi żmien għoxrin ġimgħa, hekk kif bħalissa l-Istati Uniti għandha madwar 14,000 suldat fl-Afganistan.