Trump iħalli l-isptar

Donald Trump

Read in English.

Nhar it-Tnejn, il-President tal-Istati Uniti Donald Trump telaq mill-klinika Walter Reed National Military Medical Center fejn kien qed jirċievi trattament għall-COVID-19, biex imur lura lejn il-White House.

Trump, li kien liebes maskla, mexa mill-isptar sa limousine li ħaditu lejn Marine One għall-vjaġġ qasir bil-ħelikopter lejn il-White House.

Meta ġurnalist għajjat mistoqsija dwar kemm-il persuna huma infettati bil-virus fil-White House, Trump irrisponda billi qal “Grazzi ħafna.”

Trump qal lil Amerikani biex “joħorġu” u ma jibżgħux mill-COVID-19 mar-ritorn tiegħu lejn il-White House nhar it-Tnejn, wara li għadda tliet iljieli fl-isptar biex jiġi trattat għal-virus, u neħħa l-maskla tiegħu biex jippoża għal ritratti.

Mistoqsi dwar kif kien qed iħossu mal-wasla tiegħu fil-White House, fejn l-istaff intlaqat mill-infezzjoni bil-virus u l-kampanja tiegħu biex jerġa’ jiġi elett hija mxekkla mill-pandemija, Trump qal li jħossu “tassew tajjeb”, skont rapport li nħareġ minn ġurnalista li kien qed jirrapporta dwar ir-ritorn tiegħu f’isem diversi midja.

Trump kien liebes maskla meta telaq mill-ħelikopter li wasslu lura mill-isptar militari barra minn Washington u tela’ t-taraġ tal-White House South Portico, fejn neħħiha u ppoża għal ritratti, filwaqt li xejjer, sellem u għamel sinjal ta’ ‘thumbs-up’.

Imbagħad daħal fil-White House, u ħalla l-maskla fil-but tal-ġakketta, skont filmat muri fuq it-TV.

Trump ilu jxejjen l-effett tal-pandemija li qatlet aktar minn miljun persuna madwar id-dinja, u aktar minn 209,000 fl-Istati Uniti biss – l-ogħla għadd ta’ mwiet fi kwalunkwe pajjiż.

Il-president Repubblikan, li reġa’ ħareġ għall-elezzjoni kontra l-kandidat Demokratiku Joe Biden li se sseħħ fit-3 ta’ Novembru, iddaħħal fiċ-Ċentru Mediku Walter Reed nhar il-Ġimgħa wara li ttestja pożittiv għall-marda kkawżata min-novel coronavirus.

“Tħallihiex tirbaħlek, Tibżax minnha,” qal Trump f’messaġġ bil-vidjo. “Se nirritornaw lura, sejrin lura għax-xogħol. Se nkunu fuq quddiem. … Tħalluhiex tiddominalkom ħajjitkom. Oħorġu, ħudu ħsieb.”