Trump iħabbar tariffi ġodda fuq il-Messiku

REUTERS/Mike Segar

Il-President Amerikan Donald Trump ħabbar tariffi ġodda prodott impurtat mill-Messiku f’tentattiv li jnaqqas l-immigrazzjoni illegali minn dan il-pajjiż.

Fuq twitter, Trump qal li mill-10 ta’Ġunju, l-Istati Uniti se timponi 10 % dazju fuq kollu impurtat mill-Messiku sakemm l-problema tal-immigrazzjoni illegali ma tkunx mrażżna.

Il-President Amerikan iddikjara stat ta’ emerġenza nazzjonali biex jindirizza dak li jgħid li hi kriżi mal-konfini Amerikani man-naħa t’isfel tal-pajjiż.

Jesus Seade, diplomatiku Messikan għat-Tramunata tal-Istati Uniti qed jgħid li t-tariffi se jġibu diżastru.