Trump iġarrab telfa oħra, din id-darba fl-Istat ta’ Pennsylvania

President_of_the_United_States_Donald_J._Trump_at_CPAC_2017_February_24th_2017_by_Michael_Vadon_05

Ikompli jingħalaq iċ-ċirku madwar it-tentattiv ta’ Donald Trump li jdawwar ir-riżultat elettorali favurih hekk kif imħallef fl-Istat ta’ Pennsylvania waqqa’ kawża li fetħet il-kampanja ta’ Trump biex iħassar mijuni ta’ voti li ntbagħtu bil-posta.

Din il-mossa se twassal lill-Istat ta’ Pennsylvania biex il-ġimgħa d-dieħla jiċċertifika r-rebħa elettorali ta’ Biden f’dan l-istat Amerikan fejn il-kandidat Demokratiku qed jirbaħ b’aktar minn 80,000 vot.

Skont l-aħħar proġetazzjonijiet, Biden mistenni jirbaħ lil Trump 306 vot għal 232 fis-sistema elettorali Amerikana li tiddikjara l-president Amerikan bħala dak il-persuna li taqbeż 270 vot.

Il-kampanja ta’ Trump diġà tilfet numru ta’ kawżi fil-qorti tikkontesta r-riżultat elettorali fl-isforzi tagħha li waqqaf dawk l-istati li biddlu l-preferenza tagħhom minn fuq Trump għal Biden f’temp ta’ 4 sin u li finalment se jagħtu rebħa lill-kandidat Demokratiku.