Trump ifaħħar lil Kim Jong Un; jintbagħtu fdalijiet ta’ suldati Amerikani

Il-President tal-Istati Uniti Donald Trump qal nhar il-Ħamis, li qiegħed jistenna bil-ħerqa li jiltaqa’ ma’ Kim Jong Un u rringrazzja lill-mexxej tal-Korea ta’ Fuq li bagħat il-fdalijiet suspettati ta’ suldati Amerikani maqtula fil-Gwerra Koreana ta’ bejn l-1950 u l-1953 lura lejn l-Istati Uniti.

“Grazzi lill-President Kim Jong Un li żamm il-kelma tiegħu u beda’ l-proċess li jibgħat id-dar il-fdalijiet tal-għeżież tagħna. Mhux sorpriż li ħa din id-deċiżjoni,” Trump kiteb f’messaġġ fuq Twitter.

“Nixtieq ukoll, nirringrazzjak għall-ittra sabiħa tiegħek – ninsab ħerqan li narak daqt!“, qal Trump, mingħajr ma’ elabora iktar fid-dettall.