Trump ifaħħar lil Kim; jitkellem kontra ġlied mal-Korea ta’ Isfel

Ritratt: Reuters

Jiem biss wara li ħassar laqgħa fil-Korea ta’ Fuq li kellu jagħmel dipplomatiku tiegħu minħabba li ma tantx saru żviluppi fid-denuklearizzazzjoni, il-President tal-Istati Uniti faħħar ir-relazzjoni personali li għandu mal-mexxej tal-Korea ta’ Fuq Kim Jong Un u sostna li m’hemmx bżonn ta’ aktar ġlied u gwerer mal-Korea ta’ Isfel.

Kliem Trump ġie ġurnata wara li s-segretarju għad-difiża indika li jistgħu jerġgħu jibdew l-eżerċizzji, li l-Korea ta’ Fuq kienet xejjnet bħala prattika għal invażjoni.

Fi tweet Trump qal li għandu d-dubji tiegħu dwar il-pożizzjoni taċ-Ċina u l-għajnuna li suppost qed tagħti biex tiġi riżolta l-kriżi fuq l-iżvilupp ta’ armi nukleari fil-Korea ta’ Fuq li jistgħu ikunu ta’ periklu għall-Istati Uniti.

Trump sostna li l-Korea ta’ Fuq tinsab taħt pressjoni kbira miċ-Ċina, imma Beijing qed tissupplixxi lil Pyongyang b’għadd sostanzjali ta’ materjal bħal fjuwil, fertilizzanti u komoditajiet.

Tista’ taqra aktar dwar dan minn hawn.