Trump iċċensurat minn Facebook u Twitter

Trump Twitter

Read in English.

Facebook u Twitter ħadu passi kontra l-posts tal-President tal-Istati Uniti Donald Trump nhar it-Tlieta wara li dan kiser ir-regoli tagħhom kontra l-misinformazzjoni dwar il-coronavirus. Hu għamel dikjarazzjonijiet fejn qal li l-COVID-19 huwa virus bħall-influwenza.

Facebook neħħa l-post, imma mhux qabel ma din ġiet ixxerjata madwar 26,000 darba, skont informazzjoni mill-għodda metrika tal-kumpanija, CrowdTangle.

“Aħna nneħħu informazzjoni skorretta dwar il-gravità tal-COVID-19,” qal kelliem għall-kumpanija.

L-akbar kumpanija tal-midja soċjali fid-dinja, li teżenta lill-politikanti mill-programm tagħha ta’ kontroll tal-fatti li ġejjin minn partijiet terzi, rari ħadet azzjoni kontra posts imtellgħin mill-president Repubblikan tal-Istati Uniti.

Twitter waqqaf il-possibilità ta’ retweets għal tweet simili li saret minn Trump nhar it-Tlieta, u żiedet avviż li jgħid li din it-tweet kienet tikser ir-regoli dwar “it-tixrid ta’ informazzjoni qarrieqa u potenzjalment dannużi rigward il-COVID-19”, imma li jista’ jkun fl-interess tal-pubbliku li din l-informazzjoni tibqa’ aċċessibbli.