Riċetta u ritratt: Tanya Zammit
Ingredjenti
200g gallettini mfarrka
150g ġewż inkaljat imfarrak
150g ċikkulata tal-ħalib
150g ċikkulata sewda
150g butir imdewweb
35g cereal chocolate balls imfarrka
50ml whiskey jew rum
2 mgħaref għasel
Biex iżżejjen
icing sugar
kokotina
Metodu
Poġġi flimkien f’bieqja l-gallettini, il-ġewż u s-cereal balls.
Dewweb iċ-ċikkulata f’banju marija.
Maċ-ċikkulata żid il-butir u l-għasel.
Żid din it-taħlita ma’ dik tal-gallettini u żid il-whiskey jew ir-rum.
Ifforma fi blalen.
Ħalli fil-friġġ għal madwar siegħa.
Irrombla nofs il-boċċi fl-icing sugar u l-oħrajn fit-trab tal-kokotina.