Trudeau mistenni jżomm postu bħala Prim Ministru tal-Kanada

FILE PHOTO: Liberal leader and Canadian Prime Minister Justin Trudeau, accompanied by his son Xavier and his daughter Ella-Grace, votes in the federal election in Montreal, Quebec, Canada October 21, 2019. REUTERS/Stephane Mahe/File Photo

Minkejja l-isklandi li kkarrateriżżaw l-aħħar perjodu tat-tmexxija ta’ Justin Trudeau, huwa rnexxielu jżomm postu fil-kariga ta’ Prim Ministru fl-elezzjonijiet Kanadiżi. Riżultati preliminari wara l-għadd parzjali tal-voti indikaw li Trudeau mistenni jżomm maġġoranza. Għadu mhux magħruf kemm mistennija tkun il-maġġoranza.

B’dan ir-riżultat, Trudeau, rnexxielu jkun wieħed mill-feit mexxejja progressivi, li ġej minn pajjiż influwenti, li żamm il-poter.

Din l-elezzjoni kienet meqjusa bħala referendum għall-Trudeau.