Trudeau elett mill-ġdid PM tal-Kanada

Canadian Prime Minister Justin Trudeau speaks next to Liberal candidate for York South-Weston, Ahmed Hussen, during a Thanksgiving food drive in Toronto, Ontario, Canada October 13, 2019. REUTERS/Stephane Mahe

Justin Trudeau reġa’ ġie elett bħala l-Prim Ministru tal-Kanada hekk kif il-Partit Liberali żamm il-poter tal-pajjiż. Madanakollu jidher li tilef il-maġġoranza.

Qed jingħad li l-partit mistenni jirbaħ 157 siġġu fil-Parlament, dan ifisser 13-il siġġu ‘l bogħod minn maġġoranza. Dan ifisser li se tkun aktar diffiċli għalih biex jgħaddi l-liġijiet fil-pajjiż. L-Oppożizzjoni Konservattiva mistennija tirbaħ il-vot popolari, imma ma rnexxiliex tibdel dan f’siġġijiet. Qed jingħad li se jkunu qed jiksbu 121 siġġu. Qabel huma kellhom 95.

66% tal-pajjiż ivvota f’dawn l-elezzjonijiet.