Tristan x’se jgħid lil John dwar l-investiment tan-negozju?

Fl-episodju tal-lum ta’ Ħbieb u Għedewwa, Saviour jitkellem fit-tul ma’ Chiara dwar in-negozju. X’tixtieq li jagħmlu flimkien? Adam ukoll jitkellem ma’ missieru. Għaliex se jiġġieldu?

Etienne imur l-uffiċċju ta’ John. Chris għaliex iċempel lil John u għaliex irid ikellmu waħdu? Tristan x’se jgħidlu lil John dwar l-investiment tan-negozju? Għaliex Olivia iċċempel lil Rebecca?

Ħbieb u Għedewwa jixxandar mit-Tnejn sal-Ġimgħa fl-3.45pm fuq Melita More, Cable Channel 315. Is-sensiela għandha kitba ta’ Dr Michael Vella Haber u Evelyn Saliba La Rosa, bi produzzjoni ta’ Rewind.