Aġġornata:Triq tal-Balal fin-Naxxar se tingħalaq għal xogħlijiet t’emerġenza

Triq tal-Balal fin-Naxxar se tingħalaq għal xogħlijiet t’emerġenza fuq main tal-ilma, li se jsiru għada.
Il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma avżat li x-xogħlijiet se jsiru ħdejn il-pompa tal-petrol u t-triq se jkollha tingħalaq bejn it-5.00am u l-10.00pm, għalkemm l-aċċess għall-istess pompa tal-petrol u l-istabbiliment McDonald's mhux se jiġi affettwat.
Waqt li skużat ruħha għal kull inkonvenjent, il-Korporazzjoni avżat li t-traffiku minn u lejn in-Naxxar u San Ġwann jista’ jgħaddi minn toroq alternattivi kif se jindikaw tabelli ta’ devjazzjoni.