Triq San Pawl tingħalaq għal tlett ijiem

Minn għada sas-Sibt, Triq San Pawl f’San Pawl il-Baħar se tkun magħluqa għat-traffiku.
Dan minħabba xogħlijiet mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma biex jissewwa mejn tad-drenaġġ bejn il-Mecca Marine u r-roundabout tax-Xemxija ħdejn il-Ġnien Olimpiku.
Ix-xogħlijiet se jibqgħu għaddejjin 24 siegħa.
Il-Korporazzjoni appellat lis-sewwieqa biex isuqu bil-galbu u jsegwu s-sinjali u l-istruzzjonijiet.