Triq San Lawrenz fil-Birgu tingħalaq għal 30 siegħa

Triq San Lawrenz fil-Birgu se tingħalaq għal madwar 30 siegħa bejn it-Tlieta u l-Ħamis li ġej.
Transport Malta qalet li dan minħabba xogħlijiet biex isir wiċċ ġdid tat-triq bejn it-8pm u l-5am.
It-traffiku minn u lejn iċ-ċentru tal-Birgu se jgħaddi minn Triq il-Mina l-Kbira biss.
Triq San Lawrenz se tkun aċċessibbli fil-ħinijiet l-oħra.
TM appellat biex fejn hu possibbli tiġi evitata din iż-żona.
Is-sewwieqa huma mitluba jsegwu s-sinjali u l-istruzzjonijiet tal-uffiċjali.