Triq San Lawrenz fil-Birgu se titlesta fi żmien 100 ġurnata xogħol

Il-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura Joe Mizzi ħabbar li Triq San Lawrenz fil-Birgu se titlesta fi żmien 100 ġurnata ta’ xogħol.

Waqt konferenza tal-aħbarijiet fl-istess triq, il-Ministru qal li t-triq ilha s-snin fi stat diżastruż b’inkonvenjenza għar-residenti. It-triq hija twila madwar 2,000 metru u se tkun pavimentata.

Il-Ministru ħabbar li ntlaħaq ftehim ma’ kuntrattur dwar il-materjal li se jintuża. Ix-xogħol fit-triq se jibda fil-15 ta’ April li ġej.  Il-Ministru qal li mhux se jiġi ttollerat iżjed dewmien u se jkun żgurat li x-xogħol isir skont il-fondi li ġew ivvotati.

Sostna li se jsir monitoraġġ tax-xogħol biex jimxi skont id-dati maqbula.

 

Ritratti: DOI – Pierre Sammut