Triq Reġjonali se tingħalaq kuljum filgħaxija

Infrastructure Malta qalet li mil-lejla sa nhar is-Sibt il-karreġġjata tat-tramuntana ta’ Triq Reġjonali (minn Santa Venera lejn Tal-Qroqq u l-Kappara) se tkun magħluqa bejn il-5pm u l-5am.

Hija appellat biex is-sewwieqa jsegwu t-tabelli lejn rotot alternattivi minn Triq Salvu Psaila lejn Birkirkara, jew minn Triq il-Wied tal-Imsida lejn Tal-Qroqq u l-Kappara.

Fuq Facebook Infrastructure Malta qalet li din il-parti tat-triq se jkollha tingħalaq hekk kif bħalissa għaddejjin bl-aħħar fażi tal-proġett ta’ Triq Reġjonali. L-awtoritajiet qed iwessgħu din it-triq ewlenija għal 6 korsiji waqt jtejbu 7 junctions matulha, għal inqas riskji ta’ aċċidenti u inqas ħin fl-ivvjaġġar. Grazzi tal-koperazzjoni.