Triq prinċipali ta’ San Pawl se tingħalaq għal 4 ġimgħat

Google-Maps

Triq San Pawl, triq prinċipali f’San Pawl il-Baħar se tingħalaq għal erba’ ġimgħat, hekk kif se jkun hemm tiswijiet temporanji biex titjieb wiċċ it-triq.

Ix-xogħol se jibda nhar it-Tnejn li ġej u se jillimita l-aċċess dirett bejn il-qalba ta’ San Pawl il-Baħar u l-Bajja tax-Xemxija.

Infrastructure Malta ħabbret li dan se jkun qed isir wara li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma twettaq proġett separat għat-tisħiħ tas-sistemi tal-ilma tax-xorb u tad-drenaġġ fl-istess inħawi. 

Is-sewwieqa huma mitluba jsegwu t-tabelli lejn toroq oħra fl-inħawi jew lejn ir-rotta alternattiva mill-Bypass tal-istess lokalità (Dawret San Pawl il-Baħar).  Ir-rotot Tallinja se jiddawru mill-Bypass ukoll.

Waqt l-aktar ħinijiet li fih ikun hemm persuni qed jivvjaġġaw, filgħodu u tard waranofsinhar, il-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar se jħaddem servizz ta’ trasport dirett bejn il-waqfiet tal-karozzi tal-linja temporanji fir-rotta tal-Bypass u ċ-ċentru tal-lokalità.

🚧🚧 TAKE NOTE AND SHARE: On #Monday (2nd March, 7am), we are starting temporary repairs in San Pawl Street, the main road…

Posted by Infrastructure Malta on Friday, February 28, 2020