Triq Pantar f’Ħal Lija tingħalaq għal jumejn

Fil-jumejn li ġejjin Triq Pantar f’Ħal Lija se tkun magħluqa għat-traffiku.
Il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma qed tavża li t-triq se tkun magħluqa bejn id-9 ta’ għada filgħodu u s-Sibt filgħaxija.
Għaldaqstant ir-rotta 202 minn Tas-Sliema lejn ir-Rabat se tinbidel:  Mill-Mosta Technopark, il-karozza tal-linja se ddur mar-roundabout għal Triq Valletta, Vjal l-Indipendenza, Triq il-Mitħna, Triq Durumblat u Triq Santa Katerina biex tkompli lejn ir-Rabat.
Ir-rotta għal tas-Sliema se tkun kif ġej: Triq Santa Katerina f’Ħ’Attard, Triq Durumblat, Triq il-Mitħna, Vjal l-Indipendenza għal Triq il-Kbira u tkompli b’mod normali lejn tas-Sliema.