Triq magħluqa f’Ħaż-Żabbar billejl u binhar minħabba xogħlijiet

Il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma avżat lill-pubbliku li Triq l-Għaxra ta’ Settembru 1797 f’Ħaż-Żabbar se tkun magħluqa għal xi ħin bejn illum u għada, u mbagħad terġa’ tingħalaq il-Ħamis, il-Ġimgħa u s-Sibt. 

Fi stqarrija l-Korporazzjoni spjegat li din it-triq fl-inħawi talMitħna se tingħalaq bejn l-10pm tal-lejla, u l-5am tat-Tlieta, 2 ta’ Lulju. Imbagħad għandha terġa’ tingħalaq fi tmiem il-ġimgħa, il-Ħamis, il-Ġimgħa u s-Sibt mid-9am sal-5pm. 

Dan minħabba xogħlijiet preparatorji relatati ma’ aġġornament fis-sistema. Il-Korporazzjoni skużat ruħha għall-inkonvenjent u avżat lis-sewwieqa biex isegwu t-tabelli tad-devjazzjoni.