Triq magħluqa f’Ħal Tarxien għada filgħodu

Se jiġi affettwat it-traffiku fit-toroq f’Ħal Tarxien, madwar il-każin tal-Għaqda Mużikali Marija Annunzjata, minħabba xogħol ta’ kostruzzjoni fil-każin.
Ix-xogħol ta’ kostruzzjoni se jsir għada filgħodu bejn id-9.00am u nofsinhar.
Waqt li skużat ruħha tal-inkonvenjent, Transport Malta avżat li parti minn Triq Paola, bejn Triq ix-Xintill u Triq il-Kbira, se tkun magħluqa kompletament għat-traffiku, bit-trasport pubbliku jdur minn Triq tal-Barrani għal Triq Ħal Luqa.