Triq magħluqa bejn l-Imtarfa u l-Mosta

triq il-buqana

Read in English.

Triq il-Buqana, mill-Imtarfa lejn il-Mosta, se tkun magħluqa għal xi xogħlijiet t’asfalt. Din ingħalqet mil-lum fis-6am, sa nhar il-Ġimgħa fis-6am.

Infrastructure Malta wisset li din it-triq se tkun magħluqa fuq Facebook, u qalet li qed jitlestew l-aħħar xogħlijiet ta’ dan il-proġett ta’ €3.6 miljun.

Qalet lis-sewwieqa biex isegwu rotot alternattivi minn Ħ’Attard jew mir-roundabout tal-Imtarfa lejn Ta’ Qali.

Aqra: Triq Buqana se tingħalaq għal ftit ġimgħat

Din it-triq qed tinbena mill-ġdid flimkien mal-ewwel nofs tal-pont ta’ Wied il-Qlejja.