Triq l-Imdina tingħalaq minħabba ġirja

Triq l-Imdina f’Ħaż-Żebbuġ se tkun magħluqa għat-traffiku bejn is-7am u l-10am, nhar il-Ħadd 26 t’ Lulju.
It-triq se tkun magħluqa minħabba ġirja bir-roti li tkun organizzata minn Birkirkara St.Joseph Sports Club bil-kollaborazzjoni ta-Malta Cycling Federation.
Il-karozzi minn Ħal Qormi lejn Rabat ser jgħaddu minn Triq Ħ’Attard għal Triq L-Imdina.
Il-karozzi mir-Rabat jew mill-Mosta lejn Ħaż-Żebbuġ ser jgħaddu minn Triq L-Imdina Ħ’Attard biex jaslu fi Triq Ħ’Attard.
Transport Malta tiskuża ruħha għal kull inkonvenjent.