Triq l-Imdina: 16 feruti, 2 gravi, 93 inċident

Triq-l-Imdina
Google Street View

Fost it-93 inċident li seħħew fi Triq l-Imdina bejn l-2015 u l-2018, 16 minnhom ħallew persuni feruti, 2 minnhom gravi.

Dan ħareġ minn statistika pprovduta lil Newsbook.com.mt mill-Korp tal-Pulizija li tkopri l-inċidenti li seħħew f’din it-triq partikolari fl-Imrieħel minn Jannar tal-2015 sa Mejju tal-2018.

Iż-żewġ inċidenti li ħallew persuni feruti gravi seħħew it-tnejn li huma fl-2018. Madanakollu jidher li ma kienx hemm hemm inċidenti bi ġrieħi ħfief u insinjifikanti.

It-total tal-inċidenti li seħħew bejn Jannar u Mejju din is-sena jammontaw għal 12. Dan huwa numru kemmxejn għoli meta wieħed iqis li ġraw biss f’ħames xhur u meta kkumparat mad-19-il inċident li seħħew matul l-2017 kollha.

Is-sena li l-aktar kellha inċidenti s’issa hija l-2015, b’total ta’ 40 inċident.

Din l-istatistika tikkonferma dak li kien qal il-Ministru għall-Intern Michael Farrugia fil-Parlament u ma tinkludix kollużjonijiet Front to Rear u inċidenti oħra li kienu referuti lill-Gwardjani Lokali.