Triq is-Santwarju Ħaż-Żabbar ivvutata l-isbaħ triq f’Malta

Facebook - Madonna tal-Grazzja u Ħaż-Żabbar

Wara diversi ġimgħat ta’ kompetizzjoni bejn l-isbaħ triqat fl-irħula differenti, Triq is-Santwarju Ħaż-Żabbar ġiet ivvutata l-isbaħ triq f’Malta għall-2020. Din il-kompetizzjoni kienet organizzata minn Infrastructure Malta.

Fit-13 ta’ Diċembu fl-10am se tkun qed titwaħħal plakka li turi dan.

Facebook – Madonna tal-Grazzja u Ħaż-Żabbar

F’din it-triq tinsab faċċata tal-Knisja Arċipretali li hija ddedikata lill-Madonna tal-Grazzja. Ta’ kull sena tilqa’ fija eluf ta’ persuni li jmorru bi ħġarhom jilqgħu il-vara titulari tal-Madinna tal-Grazzja, kif ukoll mijiet ta’ ċiklisti fil-pellegrinaġġ li jsir nhar il-festa filgħodu.

Facebook – Madonna tal-Grazzja u Ħaż-Żabbar

F’din it-triq seħħew diversi avvenimenti fosthom il-waqa’ tal-‘Vulcan’ li seħħet fl-14 ta’ Ottubru 1975. F’dan l-inċident apparti l-ekwipaġġ kienet tilfet ħajjitha wkoll Żabbarija. Il-parti l-kbira ta’ dan l-ajruplan kienet waqgħet fi Triq is-Santwarju.

Fost il-ġrajjiet storiċi ta’ din it-triq kien hemm ukoll il-ġlieda mal-Franċiżi li memorja ta’ din il-ġrajja saret l-istatwa skolpita fil-ġebel mill-artist Marjanu Gerada.