Triq imsemmija għal Sesame Street

Ħafna minna kibru magħha u issa f’għeluq il-50 sena tagħha, is-sensiela Sesame Street se jkollha triq imsemmija għaliha.

Sesame Street bdiet tixxandar għall-ewwel darba nhar l-10 ta’ Novembru 1969 u f’dawn il-49 sena li ilha tixxandar hemm madwar 4,481 puntata. Minn din is-sensiela ħarġu karattri popolari bħal Big Bird, Oscar the Grouch, Elmo u Grover fost oħrajn.

Jumejn ilu bdew iċ-ċelebrazzjonijiet biex jimmarkaw il-50 sena anniversarju hekk hekk 63rd Street at Broadway fi New York bħala Sesame Street.

L-abitanti ta’ din it-triq saħansitra issa jistgħu jużaw Sesame Street bħala l-isem tat-triq tagħhom u anki l-mapep qed jiġu aġġornati.

Fost dawk preżenti “għall-magħmudija” ta’ Sesame Street kien hemm is-Sindku ta’ New York, Bill DeBlasio, il-kunsilliera Helen Rosenthal, ir-residenti tat-triq u l-inħawi kif ukoll Big Bird, Ernie u għadd ta’ karattri oħra tas-sensiela.