Triq il-Wied f’Ħal Balzan se ssir mill-ġdid

DOI - Charles Zammit

Il-Ministru għat-Trasport Ian Borg qal li Triq il-Wied Ħal Balzan se tkun qed tinbena mill-ġdid.

Fi stqarrija, Borg qal li x-xogħol se jsir mid-Direttorat tat-Toroq u l-Infrastruttura b’investment ta’ madwar €0.5 miljun.

Din it-triq tinsab fil-qrib tal-knisja tal-Lunzjata ta’ Ħal Balzan.

L-investiment jinkludi “servizzi ġodda tad-distribuzzjoni tal-ilma taħt l-art, sistema ġdida ta’ kanali għall-ilma tax-xita, titjib fid-disinn tat-triq b’aktar spazji ta’ parkeġġ, bini mill-ġdid ta’ pedamenti, madwar 1.2 kilometri ta’ bankini ġodda, u wiċċ ġdid tat-triq b’diversi saffi ta’ asfalt.”

Skont Borg din it-triq ilha fi stat gravi mill-2012.