Triq il-Mellieħa fil-Manikata tingħalaq għal 10 sigħat

Triq il-Mellieħa fil-Manikata, għada se tingħalaq għat-traffiku għal 10 sigħat.
Fi stqarrija, Transport Malta qalet li t-triq se tingħalaq bejn is-7pm u l-5am.
Dan minħabba li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma se tkun qed tgħaddi mejn tal-ilma fil-Manikata.
It-traffiku mill-Manikata se jgħaddi minn Triq il-Prajjet (ħdejn Anchor Bay) għall-Bajja tal-Għadira. It-traffiku minn Triq Louis Wettinger (Bypass tal-Mellieħa) se jgħaddi minn Triq il-Mellieħa.
Transport Malta tiskuża ruħha għal kull inkonvenjent.