Triq il-Kosta għerqet minħabba materjal li sadd minn fejn jgħaddi l-ilma

Materjal tal-kostruzzjoni u xi rdim imblukkaw l-ilqugħ tal-ilma u wasslu biex Triq il-Kosta għerqet bix-xita li għamlet bejn is-Sibt u l-Ħadd.
Kelliem għal Transport Malta spjega ma’ Newsbook.com.mt li l-investigazzjonijiet wrew ukoll li l-ilma imbagħad mexa waħdu wara ftit tal-ħin.
Spjega li għalkemm ix-xogħol t’asfaltar issa huwa lest, it-triq tibqa’ sit ta’ kostruzzjoni b’numru ta’ xogħlijiet għadhom għaddejjin.
It-triq hi stmata li se tiswa €53 miljun, hi twila 7.3 kilometri u twassal minn Pembroke sa Buġibba.
Ritratt: MRTU