Triq il-Kosta: Arranġamenti ġodda tat-traffiku minn għada

Transport Malta ħabbret li minn għada se jidħlu fis-seħħ arranġamenti ġodda tat-traffiku.
Minn għada fl-10am, it-triq li tieħdok minn Triq J.F. Kennedy sa Triq il-Kosta se tkun magħluqa għal madwar tliet ġimgħat.
It-traffiku lejn Triq il-Kosta se jiġi devjat lejn karreġġjata ġdida f’Kennedy Drive.
Vetturi ħerġin mill-Qawra jew Buġibba u sejrin lejn Burmarrad jew ix-Xemxija se jgħaddu minn roundabout temporanja fi Triq il-Wileġ u mbagħad minn Triq il-Lampuki, Triq iċ-Ċagħaq, Triq il-Mosta u għar-roundabout ta’ Buġibba. 
Asfaltar f'parti minn Triq il-Kosta
Is-sezzjoni tat-triq bejn il-junction mat-Triq t'Alla u Ommu u l-junction ma' Triq ir-Ramla se tingħalaq f'dawn il-ħinijiet:
It-Tlieta 14 ta’ Lulju mill-10am sal-Erbgħa 15 ta’ Lulju fil-5am.
Il-Ħamis 16 ta’ Lulju mill-10am sal-Ġimgħa 17 ta’ Lulju fil-5am.
Vetturi minn Baħar iċ-Ċagħaq sejrin lejn San Pawl il-Baħar se jgħaddu minn Triq ir-Ramla, Triq Santa Marija u Triq is-Salini.  Dan l-arranġament kien fis-seħħ għal dawn l-aħħar xhur u mhux se jinbidel.
Vetturi minn San Pawl il-Baħar sejrin lejn Baħar iċ-Ċagħaq se jgħaddu minn Triq is-Salini, Triq Santa Marija u Triq ir-Ramla sabiex jaslu għal Triq il-Kosta.
Mhux permess li karozzi jaqbżu karozzi oħra fi Triq il-Kosta, Triq Santa Marija u Triq ir-Ramla. 
Is-sewwieqa huma mitluba jsuqu bil-galbu u jsegwu s-sinjali tat-traffiku.