Triq il-Fortizza fil-Mosta tingħalaq mil-lejla

Triq il-Fortizza fil-Mosta se tkun magħluqa għal numru ta’ ljieli tul din il-ġimgħa. It-triq wassal minn Tarġa Gap lejn San Pawl tat-tarġa u Birguma, fl-inħawi tan-Naxxar.

Il-wiċċ tat-triq se jkun magħqluh biex jitranġaw il-pedamenti u tinkesa b’asfalt ġdid. Ix-xogħol se jsir bil-lejl biex it-triq tkun tista’ tibqa’ miftuħa tul il-ġurnata. Parti mit-triq bejn il-Pont tal-Mosta u l-kisra lejn Triq E.Bradford se jingħalqu miż-żewġ direzzjonijiet bejn id-9:00pm sal-5:00am kuljum, mil-lum.