Triq il-Buqana magħluqa għal jumejn biex isir xogħol mill-ġdid

Infrastructure Malta / Facebook

Triq il-Buqana, li għadha kemm tlestiet riċentament, se jerġa’ jsirilha xi xogħol billi x-xogħol li sar fiha ma kienx sodisfaċenti.

Fuq Facebook, Infrastructure Malta ħabbret li għalhekk, għada l-Ġimgħa u s-Sibt, Triq il-Buqana se tkun magħluqa fid-direzzjoni ‘l isfel, jiġifieri mill-Mosta lejn l-Imtarfa u r-Rabat.

Għandhom jinksew mill-ġdid partijiet mill-karreġġjata tagħha għaliex ma laħqux il-livelli ta’ kwalità meħtieġa meta din it-triq inbniet mill-ġdid riċentament. 

Infrastructure Malta avżat lis-sewwieqa biex isegwu t-tabelli lejn ir-rotta alternattiva mir-roundabout ta’ Wied il-Qliegħa. 

F’Settembru kienu għadhom għaddejjin ix-xogħlijiet
Evita Triq Buqana llejla: se jitkomplew ix-xogħlijiet