Triq id-Durumblat fil-Mosta tingħalaq għal 5 ijiem

Minħabba l-ġbid ta’ partijiet mill-film the Tempest, Triq id-Durumblat fil-Mosta se tingħalaq għat-traffiku.
It-triq se tingħalaq mil-lum sa nhar il-Ġimgħa, bejn l-10pm u l-10am.
Transport Malta tavża li t-triq se tkun magħluqa minn Triq il-Mitħna sa Triq it-Torba.
It-traffiku minn Triq Santa Katerina f’Ħ’Attard se jgħaddi minn Triq il-Pitkali Ta’ Qali. It-traffiku jista’ jgħaddi wkoll minn Triq it-Torba u Triq Pantar lejn Triq Valletta fil-Mosta.
It-traffiku minn Triq Pantar se jgħaddi minn Triq Santa Katerina u Triq il-Pitkali lejn Ta’ Qali. It-traffiku mill-Mosta lejn Triq id-Durumblat se jgħaddi minn Ta’ Qali għal Triq il-Pitkali, għal Triq il-Mitħna jew għal Triq Vjal l-Indipendenza.
Il-karozzi tal-linja, rotta 205 mir-Rabat għal Mosta se tgħaddi minn Triq Santa Katerina f’Ħ’Attard għal Triq it-Torba, Triq Pantar, iċ-ċentru tal-Mosta u tibqa’ sejra bir-rotta normali lejn il-Knisja tal-Mosta.
Rotta 205 min-Naxxar għar-Rabat se tgħaddi mit-Technopark għal Triq Pantar, Triq it-Torba, Triq Santa Katerina u tibqa’ sejra bir-rotta normali lejn Ħ’Attard.
Transport Malta tiskuża ruħha għal kull inkonvenjent.