Triq Hompesch magħluqa minħabba lejla Maltija

Għada, Triq Hompesch, li mir-roundabout twassal sa ħdejn il-mina sa Triq is-Sur, ser tkun magħluqa għat-traffiku.
It-triq se tingħalaq bejn nofsinhar u s-1am, dan minħabba Lejla Maltija li se tkun organizzata f’din l-istess triq.
It-traffiku minn Ħaż-Żabbar ser jgħaddi minn Triq il-Foss jew minn Triq l-10 ta’ Settembru. It-traffiku li ġej minn Raħal Ġdid se jgħaddi minn Triq is-Sur.