Triq fl-Imqabba se tingħalaq għal 17-il jum; xogħlijiet

Triq Karmenu Ciantar fl-Imqabba se tkun qed tingħalaq għal 17-il jum biex isir il-proġett sabiex l-ilma tax-xita jintlaqa’ f’sistema ta‘ culvets adewkwati. It-Triq se tkun magħluqa bejn it-Tnejn l-4 ta’ Frar u l-Erbgħa 20 ta’ Frar.

Fi stqarrija Transport Malta ħeġġet lis-sewwieqa biex isuqu b’attenzjoni u jkunu kawti meta jersqu lejn iż-żona u jsegwu d-direzzjonijiet mogħtija. Dan il-proġett huwa mmexxi mid-Dipartiment tax-Xogħlijiet u l-Infrastruttura fi ħdan il-Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali.