Triq fiż-Żebbuġ tibqa’ mingħajr tarmak

Kunsillier fiż-Żebbuġ, Għawdex, appella lill-awtoritajiet biex jieħdu azzjoni “għax ir-residenti Żebbuġin jixraqilhom aħjar.”
Daniel Cordina, il-Viċi-Sindku taż-Żebbuġ, fuq Facebook sostna li għamel proposta waqt laqgħa tal-Kunsill Lokali biex issir talba lill-Gvern Ċentrali biex tissewwa parti minn Triq is-Sagħtrija fiż-Żebbuġ, triq li taqa’ taħt ir-responsabbiltà tal-Gvern Ċentrali stess.
Sostna li t-triq għadha mingħajr tarmak, u qal li riżultat ta’ dan, ir-residenti qed ibatu l-konsegwenzi għax ikollhom problema biex jidħlu u joħorġu mit-triq.