Triq f’isem Daphne: Il-ballun f’saqajn il-PM

Facebook/Owen Bonnici

Read in English.

Il-Ministru Owen Bonnici ma qalx jekk il-Gvern hux se jagħmel triq f’isem il-ġurnalista assassinata Daphne Caruana Galizia. Fil-Parlament, il-Ministru Bonnici ma qalx jekk irċeviex rakkomandazzjoni Triq Amery f’Tas-Sliema tissemma għal Daphne.

Dan minħabba li l-Prim Ministru huwa responsabbli mill-Kummissjoni Elettorali li fost il-funzjonijiet tagħha, hija tieħu ħsieb l-ismijiet tat-toroq.

Il-Ministru għalhekk stieden lid-deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat minkejja li kull proposta għal bdil tal-ismijiet tgħaddi lill-Kumitat għall-Ismijiet tat-Toroq fi ħdan il-Ministeru tal-Ġustizzja u Kunsilli lokali. L-ismijiet tat-toroq imbagħad jiġu magħmula pubbliċi fuq il-Gazzetta tal-Gvern.

Azzopardi qal li Daphne Caruana Galizia trabbiet u għexet Amery Street f’Tas-Sliema.