Triq ewlenija f’San Ġiljan se tingħalaq nhar is-Sibt

Hugo’s Group informa li Triq Santu Wistin f’San Ġiljan se tkun magħluqa għal sagħtejn u nofs nhar is-Sibt li ġej.

Fi stqarrija, ingħad li Triq Santu Wistin se tkun magħluqa nhar is-Sibt bejn is-7.30pm u l-10pm bl-approvazzjoni ta’ Transport Malta.

Il-kumpanija skużat ruħha għall-inkonvenjenza u ħeġġet lis-sewwieqa biex jużaw rotot alternattivi.