Triq Durumblat fil-Mosta se tingħalaq għal 76 siegħa

Se jkompli l-ġbid tal-film The Tempest fil-Mosta, bi Triq Durumblat tingħalaq għal 76 siegħa bejn illum u nhar il-Ġimgħa 26 ta’ Ġunju.
Transport Malta avżat li Triq Durumblat, minn Triq il-Mitħna sa Triq it-Torba, se tkun magħluqa għat-traffiku fiż-żewġ direzzjonijiet kif ġej:

  • Illum 18 ta’ Ġunju bejn id-9pm u s-1am
  • Il-Ġimgħa 19 ta’ Ġunju bejn is-2pm u s-2am
  • Mit-Tnejn 22 ta’ Ġunju sal-Ġimgħa 26 ta’ Ġunju 2015 bejn is-2pm s-2am

Arranġament tat-traffiku
It-traffiku minn Triq St. Katerina Ħ’Attard se jgħaddi minn Triq il-Pitkali Ta’ Qali. It-traffiku jista’ jgħaddi wkoll minn Triq it-Torba u Triq Pantar lejn Triq Valletta fil-Mosta.
It-traffiku minn Triq Pantar se jgħaddi minn Triq St. Katerina u Triq il-Pitkali lejn Ta’ Qali.
It-traffiku mill-Mosta lejn Triq id-Durumblat se jgħaddi minn Ta’ Qali għal Triq il-Pitkali, għal Triq il-Mitħna jew għal Triq Vjal l-Indipendenza.
Trasport Pubbliku
Rotta 205 mir-Rabat għal Mosta se tgħaddi minn Triq St. Katerina Ħ’Attard għal Triq it-Torba, Triq Pantar, iċ-ċentru tal-Mosta u tibqa’ sejra bir-rotta normali lejn il-knisja tal-Mosta.
Rotta 205 min-Naxxar għar-Rabat se tgħaddi mit-‘Technopark’ għal Triq Pantar, Triq it-Torba, Triq St. Katerina u tibqa’ sejra bir-rotta normali lejn Ħ’Attard.
Transport Malta tiskuża ruħha għal kull inkonvenjent.