Triq Buqana se tingħalaq għal ftit ġimgħat

Read in English.

Triq Buqana, limiti tar-Rabat, se tingħalaq għal ftit ġimgħat minn nhar it-Tnejn 3 ta’ Ġunju 2019.

Infrastructure Malta ħabbret li nhar it-Tnejn fid-9.00 ta’ filgħodu se tibda t-tieni fażi tal-proġett ta’ Triq Buqana. L-aċċess għal din it-triq, mill-Mosta u l-Imġarr, fid-direzzjoni tan-nofsinhar, se jingħalaq sakemm tinbena mill-ġdid.

Din it-triq se tkun qed tinbena mill-ġdid flimkien mal-ewwel nofs tal-pont ta’ Wied il-Qlejja.
Infrastructure Malta appellat lis-sewwieqa li jgħaddu minn din it-triq sabiex isegwu t-tabella lejn ir-rotta alternattiva (immarkata bl-isfar fil-mappa tal-link hawn taħt) minn Triq San Pawl tal-Qliegħa f’Ta’ Qali meta jkunu ġejjin mill-Mosta u l-Imġarr lejn l-Imtarfa u r-Rabat.

Agħfas hawn biex tara mappa tat-triq li se tingħalaq u tar-rotta alternattiva.