Kieran Trippier għamel operazzjoni fil-groin, injury li żammitu ‘l bogħod mill-azzjoni minn nhar it-12 ta’ Jannar.
Id-difensur ta’ Atletico Madrid weġġa’ waqt il-finali tas-Super Cup Spanjola fejn tilfu kontra Real Madrid.
Trippier, li telaq minn ma’ Tottenham fis-Sajf li għadda, tilef erba’ logħbiet mindu ngħaqad ma’ Athletico. Issa kellu jidħol għal operazzjoni biex jirranġa l-problema. Fi stqarrija, Atletico kitbu li l-operazzjoni marret tajjeb u l-plejer internazzjonali Ingliż se jagħmel xi żmien taħt għajnejn il-fiżjorterapisti.
Jidher li Trippier se jkun qed jitlef l-ewwel leg ta’ Atletico Madrid fiċ-Champions League mal-aħħar 16. Il-logħba se tintlagħab fit-18 ta’ Frar kontra Liverpool. S’issa għadu ma ġiex magħruf meta mistenni lura għal-logħob.