Trid tmur taħmi l-ħelu tal-Milied għan-nies fil-bżonn?

Il-Fondazzjoni OASI qiegħda tfittex voluntiera biex jagħtu daqqa t’id jagħmlu l-ħelu tal-Milied.

Hija ħeġġet lin-nies biex jgħinu jaħmu l-Christmas logs u l-gallettini, jiddekorawhom u jippakkjawhom, biex imbagħad dawn jinbiegħu fil-bake sale tal-Milied, li l-fondi li jinġabru minnu jmorru għan-nies fil-bżonn.

Dan se jsir fil-5, fis-6 u fil-11 ta’ Diċembru bejn it-8am u t-3pm fiċ-Ċentru tal-OASI fir-Rabat, Għawdex. Min hu interessat hu mitlub iċempel fuq 21563333.

Il-Fondazzjoni OASI tgħin lil min hu fil-bżonn, b’mod speċjali lil dawk li jispiċċaw vittmi tal-vizzji tal-alkoħol u d-droga.