Trid tkun taf x’jagħmlu l-kaċċaturi u n-nassaba?

L-għaqda Kaċċaturi San Ubertu (KSU) se ttella’ sensiela ta’ 24 taħdita minn kelliema ta’ diversi setturi, li se jfehmu dak kollu li għandu x’jaqsam mal-kaċċa u l-insib.
Il-proġett hu kkofinanzjat mill-Iskema ta’ Fondi għall-Konservazzjoni tal-Għasafar Slavaġ, amministrata mill-Ministeru għall-Ambjent.
Fost l-oħrajn, jiġu ttratt l-konservazzjoni tal-għasafar u l-kampanja, ix-xogħol tad-WBRU, l-identifikazzjoni tal-għasafar, siti ta’ Natura 2000, tradizzjonijiet relatati mal-għasafar, l-għasafar u l-bniedem, is-sigurtà u l-użu tal-armi f’Malta, l-etika ta’ min juża l-kampanja, il-leġisżlazjoni tal-kaċċa u l-insib, il-kaċċa u l-insib fl-imgħoddi u l-futur tagħhom.
Il-kelliema f’dawn il-laqgħat huma l-Wild birds Regualtion Unit (WBRU), il-Pulizija tal-Administrative Law Enforcement Unit (ALE), Ornitologisti, kelliema mill-Merill Rural Network u kelliema mil-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA).
L-ewwel laqgħa ssir illum fl-Iskola Sekondarja tas-subien ir-Rabat Għawdex fis-5.40pm mill-kelliema tad-WBRU.
Il-laqghat ikomplu skont kif imħabbar fuq il-mezzi tax-xandir jew mill-Facebook tal-KSU.
Id-dhul bxejn.