Trid tkun taf x’inhuma d-drittijiet tal-pazjenti?

L-Organizzazzjoni Nazzjonali tal-Pazjenti (NPO – Malta) qed torganizza żewġ konferenzi dwar x’inhuma d-drittijiet tal-pazjenti, waħda f’Għawdex u oħra f’Malta.
Fil-konferenzi id-diskussjoni se tkun immexxija minn preżentazzjonijiet ta’ diversi pazjenti u l-perspettivi tagħhom. Se jkun hemm ukoll xi kelliema li se jkunu qed jiffukaw fuq id-drittijiet tal-pazjenti.
Dan il-proġett qed isir b’kollaborazzjoni bejn il-Kunsill Malti għas-Settur Volontarju u l-Marigold Foundation.
Mariano Votta, id-Direttur ta’ Active Citizenship Network se jkun qed jindirizza ż-żewġ konferenzi.
Meta se jsiru:

  • 8 ta’ Ġunju fl-iskola sekondarja t’Għawdex, Triq l-Ewropa, r-Rabat
  • 9 ta’ Ġunju fil-lukanda The Victoria, Triq Ġorġ Borg Olivier, Tas-Sliema.

Jekk tixtieq tirreġistra ibagħat imejl fuq npo.malta@gmail.com.