​Trid tkun parti minn eżerċizzju ta’ tiftix u salvataġġ?

L-Emergency Response and Rescue Corps (ERRC) qed issejjaħ liż-żgħażagħ biex jassistu f’eżerċizzju ta' tiftix u salvataġġ bl-użu ta’ drones.
Fi stqarrija, l-ERRC qalet li dan il-proġett ta' Skema ta' Appoġġ għall-Inizjattiva Żgħira jipprovdi opportunità unika u eċitanti għaż-żgħażagħ biex jiksbu ħiliet ġodda u jagħmlu użu minn tagħmir speċjalizzat waqt li jaħdmu fi ħdan grupp.
Għal aktar dettalji tista’ tibgħat imejl lil admin@errcmalta.com jew tista’ ċċempel fuq 99800886.
L-inizjattiva qed tiġi ffinanzjata mill-Kunsill Malti għas-settur Volontarju.