Trid tisma’ x’kien jiġri fi Strada Stretta?

Nisimgħu ħafna stejjer dwar Strada Stretta, iżda kemm huma veri, ħafna drabi ma nkunux nafu.
Fi tmiem il-ġimgħa li ġej, fl-istess triq, tista’ tisma’ Secret Sound Stories, li huma bbażati fuq intervisti li jinstabu fil-ktieb Strait Street: Secrets and Stories from behind Closed Doors  ta’ Ġorġ Ċini.
Wieħed se jkun jista’ jisma’ dawn l-istejjer irrakkuntati permezz ta’ headphones, b’rakkonti tal-atturi Angele Galea, Bernard Satariano u Diandra Anne Mamo.
Dawn l-istejjer se jkunu jistgħu jinstemgħu nhar il-Ġimgħa bejn il-11am u s-1pm, u l-4.30pm u s-6.30pm, is-Sibt bejn il-11am u s-1pm, u t-3.30 u l-5pm, u fit-13 ta’ Mejju bejn is-2 u l-4pm.
Id-dħul huwa b’xejn, iżda huwa aħjar li wieħed jibbukkja post billi jċempel fuq 79351051.
Ritratt: Altofest Malta u V XX Zweetz