Trid tirrilassa waqt li jaħslulek il-karozza?

Jekk trid tgawdi atmosfera serena u arjuża waqt li ħaddieħor jaħsilek il-karozza, is-Seminarju tal-Arċisqof se jorganizza attività.
Waqt li l-karozza tkun għall-ħasil, int tista’ tgawdi minn Festa għall-Familja, li qed tiġi organizzata fis-Seminarju, fejn issib diversi affarijiet għall-bejgħ, bħall-affarijiet tal-ikel, ġugarelli, kotba u bazaar.
Fl-istess ħin għat-tfal se jiġu organizzati għadd ta’ attivitajiet fosthom il-laser tag, arti marzjali, basketball, tennis u arti.
Matul il-Festa Familja Seminarju se jkun hemm ukoll id-dental mobile unit għat-tfal,sezzjoni tal-klieb tal-Pulizija b’dimostrazzjoni u membri tal-protezzjoni ċivili jagħtu wirja.
L-attività se ssir nhar is-7 ta’ Mejju.