Trid tiltaqa’ mal-finalisti ta’ X Factor?

Nhar il-Ħadd 29 ta’ Diċembru se nkunu nistgħu nassistu għall-fażi li jmiss tal-Judegs Houses biex b’hekk naraw min se jkunu s-sitta li se jkunu qed iwasslu għall-live shows.

It-tim ta’ X Factor se jkun qed jorganizza avveniment fl-4 ta’ Jannar 2020 fejn is-segwaċi kollha ta’ dan il-programm jistgħu jiltaqgħu mal-membri tal-ġurija u anki mal-finalisti ta’ din it-tieni edizzjoni ta’ dan il-programm popolari.

Kollox se jkun qed iseħħ fis-Suq tal-Belt is-Sibt 4 ta’ Jannar bejn l-10.30am u s-1.30pm. Dawk kollha li jattendu jistgħu jieħdu ritratti mal-parteċipanti u anki jiksbu l-awtografu tagħhom.

Opportunità unika qabel ma jibdew il-live shows!