Trid tikkomunika aħjar meta tikteb bil-Malti?

Min jixtieq jikkomunika aħjar permezz tal-Malti miktub, jista’ jimxi mal-ktieb ġdid Gwida għall-Malti Komunikattiv.
Il-ktieb tal-awtur Charles Daniel Saliba, jista’ jkun għodda utli għall-istudenti.
L-awtur huwa għalliem tal-Malti u għaldaqstant jaf perfettament x’inhuma l-problemi lingwistiċi Maltin li ż-żgħażagħ tal-lum iħabbtu wiċċhom magħhom.
Aktar informazzjoni dwar dan il-ktieb imżewwaq b’kull tip ta’ pariri u mudelli konċiżi hawn.