Trid tikkompeti bil-presepju? Niżżel l-applikazzjoni

Fetħu l-applikazzjoni għall-Kompetizzjoni Nazzjonali għall-Presepji tal-Milied.
Il-Kunsill Malti għall-Arti spjega li l-kompetizzjoni se tkun imqassma f’sitt kategoriji: presepji mekkaniċi kbar, presepji statiċi kbar, bibliċi kif ukoll stil ieħor, medji u żgħar, kif ukoll presepji oriġinali
Wieħed jista’ japplika sa nhar it-Tnejn 11 ta’ Diċembru.
Ritratt: Alan Carville