Trid tiffranka ftit traffiku int u ħiereġ minn Paceville?

Transport Malta qalet li fetħet rotta ġdida għall-ħruġ minn Paceville biex tgħin it-traffiku jimxi aħjar, partikolarment fil-ħinijiet bieżla ta’ filgħodu.
Transport Malta qalet li vetturi li ġejjin minn Triq Dragonara u jgħaddu minn Triq il-Wilġa, issa jistgħu jibqgħu għaddejjin sal-Pjazza ta’ Paceville biex joħorġu lejn Triq San Ġorġ għal Triq Gort.
Appellat lis-sewwieqa biex isuqu bil-galbu u jsegwu l-arranġamenti l-ġodda tat-traffiku fiż-żona.

Dawret Ħal Għaxaq magħluqa matul l-iljieli sal-Ħamis
Intant Transport Malta qalet li se jkunu wkoll qed isiri xogħlijiet ta’ manutenzjoni f’Dawret Ħal Għaxaq fiż-żona magħrufa bħala ‘Palazzo Bettina Junction’ bejn illejla u l-Ħamis li ġej.
Qalet li dan ix-xogħol se jsir matul il-lejl, fejn din il-parti tat-triq mhux ser tkun aċċessibbli għat-traffiku.